Fl-istaġun li għadda, Bayer Leverkusen ta’ Xabi Alonso rnexxielhom jagħmlu l-kisba unika li jgħaddu staġun sħiħ tal-kampjonat bla telfa. Tgħid se naraw lil xi ħadd jimita din il-bravura fl-2024-25?
L-Invinċibbli Arsenal ta’ Arsene Wenger kienu l-aħħar team li għamluha fl-Ingilterra kollha lura fl-2003-04, filwaqt li Juventus irnexxielhom fis-Serie A fl-2011-12. Qatt ma saret fi Franza, filwaqt li la Barcelona u lanqas Real Madrid ma għamluha f’La Liga fl-era ta’ wara l-gwerra.
Mis-96 team fil-ħames kampjonati ewlenin tal-Ewropa, 79 s’issa sofrew mill-inqas telfa waħda. Għadu żmien bikri ħafna, iżda għad hemm 17 li għad iridu jduqu telfa – filwaqt li xi wħud jistgħu jżommu t-tamiet aktar realistiċi ta’ invinċibbiltá minn oħrajn.
Is-17-il team li s’issa għadhom ma daqux telfa dan l-istaġun huma:
MANCHESTER CITY
Sorpriża?
It-team qawwi ta’ Pep Guardiola qed jimmira għall-ħames titlu konsekuttiv tal-Premier League, iżda staġun invinċibbli huwa kisba waħda li toħroġ kemm lis-Citizens kif ukoll lill-coach tagħhom li jiddefinixxi l-era.
Kienu sekondi bogħod milli jsofru l-ewwel telfa tagħhom fil-kampjonat f’darhom fi kważi sentejn kontra l-isfidanti tat-titlu Arsenal, iżda s-supersub John Stones kien fil-post it-tajjeb u fil-ħin it-tajjeb biex ta ‘daqqa ta’ sikkina’ u għamilhom 2-2.
ARSENAL
Bil-midfielder kreatur ewlieni, Martin Odegaard, barra mweġġa’ u li diġà kien nieqes f’żewġ logħbiet li fihom il-Gunners ta’ MiArteta ma kinux fl-aqwa tagħhom s’issa f’dan l-istaġun, huma xorta waħda wrew in-naħa tal- azzar tagħhom.
B’Bukayo Saka jassisti f’kull ħarġa tal-Premier League s’issa, Gabriel qed ikompli juri lilu nnifsu bħala theddida assoluta fis-set-pieces u d-difiża tidher organizzata b’mod stinat bħal qatt qabel, Arsenal qishom qed iħaddnu l-isfida li jistinkaw għal kull punt.
Wara li marru lura mingħand Aston Villa, Tottenham u Manchester City barra minn darhom mingħajr telfa b’seba’ punti, u żewġ punti biss bogħod mill-quċċata wara ħames logħbiet, hija evidenza oħra tal-kredenzjali tat-titlu ta’ Arsenal. Bla dubju, il-Gunners se jkunu fl-isfida biex iwaqqfu l-monopolju ta’ Manchester City.
BRIGHTON
Fabian Hurzeler, l-ewwel u s’issa l-uniku coach full-time tal-Premier League li twieled wara l-miġja tal-Premier League, kellu bidu tajjeb fi Brighton b’rebħiet wara xulxin fuq Everton u Manchester United.
Tliet draws konsekuttivi kontra Arsenal, Ipswich u Nottingham Forest neħħew xi ftit il-’lostru’ minn dakinhar, iżda huma denji li jisfidaw għal post fil-kompetizzjonijiet Ewropej għal darb’oħra.
Il-partiti li ġejjin kontra Chelsea, Tottenham, Newcastle u Liverpool se jittestjaw verament ħilithom taħt il-coach il-ġdid u wiċċ ġdid tagħhom.
NOTTINGHAM FOREST
Wara li ssieltu kontra r-relegazzjoni matul l-aħħar ftit staġuni, is-sinjali bikrija għall-istaġun ta’ Nottingham Forest dan l-istaġun huma pożittivi – jidhru li kapaċi jikkonsolidaw l-istatus tal-ogħla livell tagħhom b’finitura ta’ nofs il-klassifika aktar komda, bi skwadra stabbilita mibnija fuq ix-xbiha ta’ Nuno Espirito Santo.
BARCELONA
Fl-istaġun li għadda, taħt it-tmexxija tal-coach Xavi Hernandez, spiċċaw mingħajr trofew kif ukoll 10 punt taħt iċ-champions Real Madrid.
Iżda l-ħatra tal-coach, Hansi Flick, jidher li kellha l-effett mixtieq. Il-Katalani huma wieħed miż-żewġ timijiet mill-kampjonati ewlenin fl-Ewropa li s’issa għandhom rekord massimu fejn skorjaw ukoll 22 goals f’sitt logħbiet.
Raphinha u Robert Lewandowski jidhru li għandhom ħajja ġdida filwaqt li Lamine Yamal qed jilħaq kull aspettattiva bħala l-aktar prospett ta’ talent tal-ġenerazzjoni tiegħu.
Madankollu, l-injury serja li sofra l-goalkeeper, Marc Andre ter Stegen, fi tmiem il-ġimgħa li għadda, tista’ tfixkel il-pjani tal-Katalani.
REAL MADRID
Immarkaw il-Ħadd, 27 ta’ Ottubru, fil-kalendarju tagħkom. L-ewwel El Clasico ta’ Kylian Mbappe għandu jkun konfront ferm mistenni kontra t-team rikoverat ta’ Barca li għadu kif ġie msaħħaħ.
Għad irridu naraw liċ-champions Ewropej renjanti jilħqu l-massimu tagħhom bħar-rivali storiċi tagħhom. Iżda r-rebħa ta’ 4-1 tal-Ħadd fuq Espanyol, li fiha Rodrygo, Vinicius Junior u Mbappe kollha niżżlu isimhom fuq li scoreboard, kienet tfakkira tal-potenzjal tal-biżgħa ta’ dan il-proġett ġdid tal-Galactico.
Los Blancos jinsabu erba’ punti taħt Barca wara draws kontra Las Palmas u Mallorca, iżda anke li għadhom ma laħqux il-livell mixtieq, xorta huma avversarji diffiċli biex jiġu megħluba.
Huma tilfu partita waħda biss f’La Liga mill-bidu tal-istaġun li għadda!
ATLETICO MADRID
Diego Simeone ilu ma’ Atletico Madrid biżżejjed biex iqis dan bħala r-raba’ jew il-ħames ripetazzjoni ta’ team ta’ ‘Simeone Atleti’.
U żgur li kien hemm sens ta’ ‘xogħol għaddej’ f’dan iċ-ċiklu ġdid fid-draws tagħhom kontra Villarreal, Espanyol u Rayo Vallecano.
Iżda r-rebħa missielta tagħhom fiċ-Champions League fuq RB Leipzig tat wieħed x’jifhem li dawn Atletico b’dehra ġdida jistgħu jimxu sew ‘il quddiem.
Inklinazzjoni għat-titlu tkun mistoqsija kbira iżda tistenna li jieħdu l-post li issa huwa tagħhom bi dritt fl-aqwa tlieta ta’ La Liga, filwaqt li jagħmlu xi ħaġa speċjali fl-Ewropa bl-ebda mod mhu barra mill-kwistjoni.
TORINO
Hemm sens ta’ gost reali dwar il-klassifika tas-Serie A matul dan l-istadju tal-bidu tal-istaġun 2024-25. Torino fil-quċċata! Udinese it-tielet! Empoli il-ħames! Iċ-champions renjanti Inter fis-sitt post!
Il-pakkett sorpriża ta’ Paolo Vanoli ċertament li ‘ġie mbierek’ bi skeda ta’ partiti relattivament diffiċli, iżda żammew draw lil Milan u ġew minn wara biex għelbu lil Atalanta 2-1 fit-triq għal 11-il punt mill-ewwel ħames ħarġiet tagħhom.
JUVENTUS
Londra? Manchester? Ruma? Milan? Le, it-tieni belt wara Madrid li tiftaħar b’bosta timijiet bla telfa hija Turin.
Hemm sens li Thiago Motta għad irid jagħmel it-timbru tiegħu bis-sħiħ fuq dan it-team ta’ Juventus, li mhux qed jilgħab daqstant tajjeb il-football b’kumditá ħielsa ta’ Bologna b’mod notevoli tal-istaġun li għadda.
Kull waħda mill-aħħar tliet ħarġiet tagħhom fis-Serie A spiċċat mingħajr goals. Iżda waqt li qed jitħabtu biex jikklikkjaw fl-aħħar terz, f’daqqa waħda qed ifittxu qawwa difensiva b’ħames clean sheets konsekuttivi.
Infatti huma l-uniku team fil-kampjonati ewlenin kollha tal-Ewropa li għad iridu jsofru goal wieħed.
EMPOLI
Empoli jinsabu wara Juventus biss bis-saħħa tad-differenza tal-goals, wara li s’issa rebħu wkoll tnejn u spiċċaw draw fi tliet logħbiet.
Bħal Torino, il-partiti tagħhom kienu aktar faċli, iżda ffrustraw lil Juventus bi draw ta’ 0-0. Il-partiti li ġejjin kontra Torino, Fiorentina, Lazio u Napoli se jkunu provi interessanti.
BAYERN MUNICH
Bayern Munich ta’ Vincent Kompany se jkollhom mistoqsijiet ferm aktar xi jwieġbu, iżda s’issa għaddew minn kull prova b’mod impekkabbli – skorjaw xejn inqas minn 20 goal fl-aħħar tliet ħarġiet tagħhom fil-kompetizzjonijiet kollha.
Bayer Leverkusen, li huma stess tilfu r-rekord domestiku tagħhom, ilhom mhux megħluba, jidhru li din id-darba se jkunu qed jiffaċċjaw lil Bayern b’saħħithom u aktar qawwija hekk kif qed ifittxu li jżommu t-titlu tagħhom tal-Bundesliga.
RB LEIPZIG
Kienu Leipzig li temmew l-era ta’ invinċibbiltà ta’ Leverkusen fit-tieni ġimgħa tal-istaġun, wara li ġew minn żewġ goals minn taħt biex ipproduċew rebħa notevoli ta’ 3-2 fil-BayArena.
Madankollu, il-ħila fl-attakk li wrew dakinhar ħalliethom fi draws ta’ 0-0 wara xulxin kontra Union Berlin u St. Pauli.
UNION BERLIN
It-tielet team mhux megħlub fl-aqwa livell tal-Ġermanja, Union Berlin, qed jibdew jixbħu aktar lilhom infushom wara l-pass kbir lura tal-istaġun li għadda.
Huma dehru b’mod ugwali iebsa u organizzati fi draws barra minn darhom kontra Mainz u Leipzig u rebħiet f’darhom fuq St. Pauli u Hoffenheim.
PARIS ST-GERMAIN
Is-sinjali bikrija huma li ċ-champions ta’ Ligue 1 addattaw pjuttost tajjeb għall-ħajja wara Kylian Mbappe.
B’dik li tista’ tkun l-iskwadra l-inqas mimlija stilel tagħhom tal-era QSI, il-Pariġini jistgħu jkunu neqsin mill-faxxinu, iżda jidhru kollettivi reali taħt il-coach, Luis Enrique, u għadhom jiftaħru b’tunnellati ta’ kwalità.
Fi tmiem il-ġimgħa ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 għand Stade de Reims, iżda qabel dan, kienu rebħu erba’ ħarġiet konsekuttivi ta’ Ligue 1 b’mod komdu u impressjonanti.
MARSEILLE
Minn mindu Marcelo Bielsa poġġa fuq kaxxa tas-silġ fi Stade Velodrome, Marseille dehru qishom sfidanti vijabbli għat-titlu ta’ Ligue 1.
Għadu kmieni wisq biex jiġu dikjarati sfidanti ġenwini taħt il-coach, Roberto De Zerbi, iżda s-sinjali kollha s’issa huma pożittivi. Huma ħadu 13-il punt minn massimu ta’ 15 u jinsabu wara l-leaders Paris St-Germain biss bid-differenza tal-goals.
MONACO
Fil-livell ta’ punti kemm ma’ PSG kif ukoll ma’ Marseille hemm Monaco, li ġibdu l-attenzjoni wkoll billi bdew il-kampanja tagħhom fiċ-Champions League b’rebħa fuq Barcelona
Fil-kampanja tagħhom fil-kampjonat, Monaco kisbu rebħiet fuq St Etienne, Lyon, Auxerre u Le Havre u draw f’darhom kontra Lens.
Kollox sejjer tajjeb taħt il-cocah, Adi Hutter, iżda jkun interessanti li wieħed jara jekk jistgħux jirriproduċu l-istess prestazzjoni li ppreżentaw kontra Barcelona … kontra r-rivali diretti tagħhom fl-ogħla livell Franċiż.
LENS
It-team li jgħaqqad l-ewwel erbgħa ta’ Ligue 1 huma Lens, li bdew il-kampanja tagħhom b’rebħiet konsekuttivi fuq Angers u Brest qabel ma spiċċaw fi draws ma’ Monaco, Lyon u Rennes.
Kein bidu promettenti ħafna għal Will Still.