Saturday, May 4, 2024

22,200 xemgħat idawlu ċ-Ċittadella waqt “Lejl Imkebbes”

Aqra wkoll

Fost attivitajiet kulturali oħra li kienu qed jiġu organizzati s-Sibt filgħaxija, attivitajiet  mtella’ b’kollaborazzjoni mad-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, kien kemm lejla maġika ‘l ġewwa u madwar is-swar taċ-Ċittadella fejn bosta Maltin u turisti ngħaqdu ma’ oħrajn Għawdxin f’din il-belt il-qadima ta’ Għawdex għal “Lejl Imkebbes”.

Dan hu festival annwali tad-dwal, fejn it-toroq imserrpa u storiċi ta’ din il-belt kienu mdawla minn eluf ta’ xemgħat ikkuluriti u ddisinjati mifruxa f’kull parti tal-belt u kienu jgħatu derha ta’ atmosfera attraenti maħluqa mid-dwal ta’ teptip tax-xemgħa, fosthom hemm Pjazza Katidral.

Ritratt: Joe Grech

Din l-attività kienet adattati għall-gosti u l-etajiet kollha, fejn kien hemm gruppi ta’ daqq fokloristiku kemm fid-daħla kif ukoll f’kull bastjun ta’ madwar din il-belt. Kien hemm ukoll dħul b’xejn fil-mużewijiet, ftuħ ta’ postijiet pubbliċi oħra ta’ interess, mużika kontemporanja, u attivitajiet għat-tfal.

Dawk preżenti setgħu jgawdu dawra mas-swar fejn dawn joffru veduta mil-isbaħ  tal-pajsaġġi, l-irħula u l-knejjes pittoreski ta’ Għawdex. Fid-ditch taċ-Ċittadella kien hemm stands li kienu qed joffru kull xorta ta’ ikel u xorb, kif ukoll attivitajiet ta’ involviment għat-tfal.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport