Saturday, May 4, 2024

Il-Qorti tal-Appell tikkonferma s-sentenza ta’ ħames snin ħabs għal Libjan li kkorrompa tifel

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti flimkien mal-Imħallfin Edwina Grima u Giovanni Grixti,ikkonfermat is-sentenza ta’ ħmes snin ħabs fil-konfront ta’ Ahmad Ali Younes Ikbarh ta’ 33 sena wara li l-Qorti sabitu ħati li kkorrompa tifel ta’ 12-il sena għal pjaċiri sesswali fuq kamera.

Fil-Qorti, Ahmad kien mixli wkoll li peremzz tal-użu tal-midja soċjali, ikkorrompa żewġ tfajliet ta’ 13 u 14-il sena, waħda minnhom tbati minn diżabilità mentali. Waqt il-ġuri, likien qed jinstema’ s-sena l-oħra, instema’ kif Ikbarh abbuża mit-tifel hekk kif jissodisfa ruħu minħabba li kellu ffissazzjoni fuq is-saqajn.

Ġie spjegat kif kollox beda minn telefonata fuq Skype, fejnl-akkużat allegatament ra saqajn it-tifel u tqanqal sesswalment. Malli saru jafu l-ġenituri tal-vittma, għamlu rapport mal-Pulizija.

Fl-istess ġuri, kienu xehdu it-tliet minuri, hekk kif il-Qorti sabet li wara li kkorrompa t-tifel, kien ukoll ikkorrompa żewġ tfajliet, waħda ta’ 13 u l-oħra ta’ 14 -il sena. Missier it-tifel spjega kif l-akkużat sforza lill-ibnu sabiex iwettaq ċertu reat sabiex hu jkun jista’ jara kollox minn fuq il-kompjuter.

Fil-Qorti, xehdet ukoll waħda mill-ġenituri tat-tfjala, li spjegat kif bintha kienet qed tirċievi ritrattii tal-parti intima tal-akkużat. Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni kienet iddeskriviet lir-raġel bħala wieħed li għandu fantasiji sesswali bis-saqajn tat-tfal.

Il-Qorti tal-Appell qalet li dan il-każ jitqies bħala wieħed ta’ pedofelija, fejn ġie irrimarkat li l-akkużat li kien hu stess li ressaq l-appell, kellu dik li tissejjaħ ‘fetish’ partikolarment għas-saqajn. Intqal ukoll kif ir-raġel kien jikkuntattja lill-vittmi fuq il-pjattaformi ta’ Facebook u Instagram u li imbagħad eventwalment iġegħlhom sabiex jagħmlu kuntatt miegħu fuq Skype.

Fil-Qorti ġie spjegat ukoll li Ahmad kien jagħmel kuntatt ma’ diversi persuni, nisa, irġiel, adulti u tfal. Dan kien jitlobhom sabiex jikxfu l-pala ta’ sieqhom u sabiex ċertu movimenti u b’hekk hu kien jispiċċa jimmasturba quddiem l-iscreen, bil-vittma li tispiċċa tara kollox.

Meta ġiet biex tagħti s-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Appell qieset li waqt li kien iġiegħel lit-tifel jurih saqajh, l-akkużat kien jagħmel att ta’ masturbazzjoni.
Dwar iż-żewġ vittmi l-oħra il-Qorti qalet li minkejja li ntbagħtilhom ritratt tal-parti intima tar-raġel, huma ma ġewx involuti jipparteċipaw f’imġiba espliċitament sesswali.

Qalet li t-tifel iżda kien qed jiġi użat bħala strument ta’ pjaċir sesswali waqt li għamel ċert li jkun jaf. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Appell ikkonfermat il-piena mgħottija mill-Ewwel Qorti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport