Kien eżatt it-28 ta’ Jannar tal-2000 meta Adrian Agius ta’ 45 sena kien miet fi splużjoni fil-kamra tan-nar f’Kerċem Għawdex, li kienet magħrufa aħjar bħala l-kamra tan-nar tal-Vampa.
Agius kien magħruf sew għal ħidma tiegħu fil-piroteknika tant li kien hu li jieħu ħsieb il-ħruq tan-nar kollu tal-festa ta’ Santa Marija f’Għawdex li tiġi ċċelebbrata fir-Rabat.

Adrian Agius minbarra li kien delettant kbir tan-nar kien ukoll wieħed mill-akbar negozjanti li kien hemm f’Għawdex dak iż-żmien. Illum il-ġurnata n-negozju tiegħu hu mmexxi minn uliedu li komplew ikabbru dak li ħalla missierhom.
Il-vittma kien maħbub sew fir-Rabat Għawdex l-aktar mis-soċjetà Leone u mill-knisja Katidrali anke minħabba li kien jaħdem sigħat twal għalihom b’mod volontarju.