Friday, December 13, 2024

240 każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 318; imutu tliet persuni

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis feġġew 240 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 318 oħra mill-virus. Dan ifisser li l-każijiet attivi issa niżlu għal 2,742.

It-total ta’ mwiet telgħu għal 559 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġt irġiel li kellhom 63 sena uu 93 sena rispettivament, u anzjana ta’ 87 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Fl-Isptar Mater Dei bħalissa hemm 92 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Coronavirus, b’ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-Erbgħa filgħaxija, kienu ngħataw 1,216,897 tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 332,467 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport