Matul l-aħħar 24 siegħa, is-Sipartiment tas-Saħħa rreġistra 245 każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna. Dan instab wara li saru 3,592 swab test. Il-każijiet tal-lum għadhom qed ikunu investigati mid-Dipartiment. Matul l-aħħar 24 siegħa kienu ċċertifikati mfejqa 69 persuna.
Mill-każi li nstabu lbieraħ irriżulta li 40 każ kienu ta’ membri tal-familja li kellhom kuntatt ma’ persuna jew persuni familjari li kellhom il-vajrus. 22 persuna oħra huma kollegi ta’ individwi li kienu nstabu pożittivi, 15 kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni infettati u 13-il persuna ħadu l-vajrus minn attività soċjali.