Friday, March 29, 2024

Tliet nomini għall-elezzjoni każwali biex jimtela s-siġġu parlamentari ta’ Edward Scicluna

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Elettorali, fi stqarrija qalet li sal-aħħar jum provdut għan-nominazzjonijiet, ġew preżentati tliet nomini għall-elezzjoni każwali ta’ membru parlamentari biex jimtela s-siġġu ta’ Edward Scicluna.

It-tliet nomini ppreżentati huma, Jeffrey Pullicino Orlando, Gavin Gulia u Charles Azzopardi.

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-għadd tal-voti tal-elezzjoni każwali biex jimtela l-post vakant minn Edward Scicluna ser isir it-Tlieta, 12 ta’ Jannar, 2021, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-għadd tal-voti se jibda’ fit-8.30 ta’ filgħodu.

Ekonomija

Sport