Tuesday, September 24, 2024

AĠĠORNAT: L-MUT twieġeb lill-UPE… “Tattiċi qarrieqa u li jbeżżgħu”

Aqra wkoll

L-UPE tikkritika il-ftehim li ntlaħaq bejn l-MUT u l-Gvern

Aġġornat:

Fi tweġiba għall-istqarrija li ħarġet l-UPE aktar qabel, l-MUT ikkundannat l-istqarrija filwaqt li qalet li dawn huma “tattiċi qarrieqa li jbeżżgħu”. Fid-dawl li l-UPE qalet li l-iskejjel tal-knisja u tal-privat tilfu l-awtonomija, l-MUT qalet li kemm l-iskejjel tal-knisja kif ukoll dawk tal-privat kienu rrappreżentati waqt il-laqgħat li l-MUT kellha mal-Gvern.

L-MUT aċċertat li hi se tkun qed tibqa’ tħares lejn is-sitwazzjoni preżentati fejn jidħlu l-iskejjel u l-pandemija tal-COVID-19

Aktar qabel:

L-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE), fi stqarrija, ikkritikat il-ftehim li ntlaħaq ilbieraħ bejn l-MUT u l-Gvern, wara li aktar kmieni din il-ġimgħa issejjaħ strajk ta’ jumejn minħabba ż-żieda fil-każijiet tal-COVID-19.

L-UPE qalet li b’dan il-ftehim “diżastruż” l-iskejjel tal-knisja u privati tilfu l-awtonomija kollha tagħhom. L-Unjin kompliet tgħid li lura għal Marzu, l-iskejjel tal-knisja u privata kienu ppjanaw “b’suċċess” il-lezzjonijiet onlajn.

Sport