Wednesday, March 27, 2024

“25 ġimgħa bagħtet lid-dinja 25 sena lura”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Rapport tal-Fondazzjoni Gates saħqet kif il-pandemija tal-Covid-19 wasslet biex 37 miljun persuna fid-dinja jaqa fil-faqar

F’inqas minn sitt xhur, il-pandemija tal-Covid-19 neħħiet għexieren ta’ snin ta’ progress li saru f’diversi setturi globali, fosthom is-saħħa, l-iżvilupp sostenibbilita u l-ekonomija, filwaqt li f’ċertu kundizzjonijiet, attwalment sar rigress notevoli. Dan saħquh il-Fondazzjoni Bill and Melinda Gates fir-rapport annwali tagħhom.

“Fi kliem ieħor, id-dinja ntbagħtet lura madwar 25 sena f’inqas minn 25 ġimgħa. Dak li d-dinja sejra tagħmel fix-xhur li ġejjin biex terġa tirpilja huwa ta’ importanza kbira.”

Ir-rapport saħaq li hemm bżonn ta’ inizjattiva globali biex tiġi mwaqqfa l-pandemija, bil-għan li tiġi mwaqqfa t-tixrid tal-marad u tal-mewt. “Pero hemm ħafna iktar affarijiet li l-pandemija ħalliet effett negattiv fihom: il-faqar globali, it-traasmissjoni tal-HIV, l-għaks, in-nuqqas ta’ saħħa, l-inugwaljanza tal-ġeneru, u kif ukoll l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni. Anke jekk id-dinja b’xi mod tirbaħ il-gwerra kontra l-pandemija, ser ikun hemm bżonn snin ta’ ħidma biex nerġgħu niksbu lura dan il-progress li intilef.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni, Mark Suzman, saħaq li jekk id-dinja jirnexxielha tikseb u tqassam il-vaċċin fi żmien 18-il xahar, l-affarijiet jistgħu jerġgħu lura għal li kienu fi żmien sena, sentejn. Pero f’ numru ta’ pajjiżi li għadhom ma żviluppawx, l-irpiljar ekonomiku jista jdum ħafna iktar biex iseħħ, minħabba n-nuqqas ta’ abbilta li għandhom biex jinvestu fl-ekonomiji tagħhom.

Wara 20 sena ta’ progress kontinwu, madwar 37 miljun persuna maatul din is-sena reġgħu waqgħu fil-faqar, “u qegħdin jiġġieldu kull mument ta’ ħajjithom biex iżommu l-familja tagħhom ħajjin.” Il-pandemija sejra twaassaal ukoll kif, fid-dinjaa ġenerali, il-mewt minn persuni li jbagħtu mill-kundizzjonijiet tal-HIV, it-tuberkolożi u anke l-malarja, tant “li jista’ jkun hemm nofs miljun iktar imwiet minn persuni li jbagħtu mill-AIDS meta mqabbel mas-sena 2018.”

Minkejja dan, il-fondazzjoni saħqet li l-informazzjoni li hija qegħda tiġbor għadha mhix kompluta, “iġifieri r-ritratt tal-effetti negattivi fuq is-soċjetajiet differenti jista jkun ħafna agħar minn dak li qiegħed jiġi pre-suppost.”

Ekonomija

Sport