Wednesday, March 27, 2024

Raġel jitlef ħajtu f’inċident li seħħ fin-Nadur

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel Libjan ta’ 28 sena residenti Żebbuġ, Għawdex, tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Nadur, Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa nieqes kwart 12.45 p.m fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Kentoya misjuq mir-raġel ta’ 28 sena u double decker tat-tip King Long misjuq minn raġel ta’ 61 sena residenti Santa Luċija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Sfortunatament, il-vittma tilef ħajtu ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana LL.D li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Għawdex.

Ekonomija

Sport