Friday, November 29, 2024

“Huwa fid-dover tal-Pulizija li hija ġġib l-aqwa prova possibbli”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Qorti teħles lil raġel akkużat li l-klieb tiegħu qatlu annimal ieħor, għax “mhemmx provi li juru li l-klieb huma verament tiegħu”

Paul Vella ta’ 68 sena, instab mhix ħati tal-akkuża li ħalla kelb taħt il-kontroll tiegħu jiġġerra f’xi triq jew f’post pubbliku ieħor mingħajr ċinga, b’kawża li qatel annimal li kien jappartjeni lil waħda mill-ġirien tiegħu, wara li l-Qorti qieset li l-Pulizija ma ġabet l-ebda tip ta’ prova li kien jindika biċ-ċar li l-klieb in kwistjoni kienu jappartjenu lilu.

Kien f’Jannar tal-2019 li waħda mill-ġirien ta’ Vella għamlet rapport ġewwa l-għassa tar-Rabat, fejn saħqet li dakinhar, waqt li hija kienet ġewwa darha, żewġ iklieb tar-razza tal-fenek daħlu ġewwa d–drive-in tar-residenza tagħha u qatlu l-qattus tagħha. Hija saħqet li l-klieb kienu jappartjenu lil Vella, u li din ma kinitx l-ewwel darba li l-imsemmija klieb daħlu ġewwa l-propjeta tagħha.

Kienu hawnhekk li l-Pulizija kellmu lil Vella, u filwaqt li huwa saaħaq li ma kellux bżonn ikellem avukat, huwa tenna li l-klieb involuti fl-inċident ma kinux jappartjenu lilu, tant li fil-ħin fejn seħħ l-inċident, il-klieb tiegħu kienu miegħu fil-karozza. L-akkużat kien saħaq ukoll mal-pulizija li f’dawk in-naħat kien hemm numru ta’ klieb jiġru barra.

Il-Qorti saħqet li d-deskrizzjoni tal-klieb li tat il-ġara, u d-deskrizzjoni tal-klieb minn Vella ma jaqblux: Filwaqt li s-sid tal-qattusa qalet li hija rat zewġt iklieb kannella tar-razza tal-fenek, Vella saħaq li l-klieb tiegħu huma tal-kaċċa, mhix tal-fenek, u li huwa ta’ kulur iswed. Wieħed mix-xhieda ta’ Vella f’dan il-każ ikkonfermaa dan il-fatt.

Kien hawnhekk li l-Qorti saħqet li ż-żewġ verżjonijiet ma jaqblux ma xulxin, u innotaa kif il-Pulizija “għażlu li l-każ jitħalla għal Qorti biex tara hi. Il-Pulizija naqsu milli jikkonfermaw li effettivament jaraw jekk kienx hemm xi klieb jiġru, jew jekk Vella kellux il-klieb deskritti mix-xhud… il-Pulizija naqsu milli jivverifikaw jew fil-fatt l-imputat kellux klieb tar-razza tal-fenek.”

“Ma tressqet l-ebda prova, almenu tar-ritratti, biex jiġu iddentifikati l-klieb.”

Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti saħqet li hija kienet qegħda tillibera lill-imputat Vella, minħabba li ma ġiex ippruvat bl-ebda mod li dawn ill-klieb kienu attwalment jappartjenu lilu.”

Sport