Tuesday, March 26, 2024

Attività biex tfakkar il-11-il anniversarju mill-Beatifikazzjoni ta’ San Ġwann Pawlu II 

Aqra wkoll

Il-JP2 Foundation se tkun qed tfakkar il-ħdax il anniversarju mill-Beatifikazzjoni ta’ San Ġwanni Pawlu II li saret fi Pjazza San Pietru l-Belt tal-Vatikan fl-1 ta’ Mejju 2011 mill-Papa Benedittu XVI. 

Il-Fondazzjoni qalet li minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija ma setgħetx tfakkar l-10 anniversarju, u għalhekk kommemorazzjoni bħal din qed isseħħ issa li r-restrizzjonijiet tneħħew.

Il-kommemorazzjoni se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Qala Għawdex nhar is-Sibt 30 ta’ April. Il-JP2 Foundation se tkun qed tospita l- ECHO STRING ENSEMBLE li fija 21 mużiċist lokali minn 8 snin ‘il fuq. L-Ensemble huwa taħt id-direzzjoni ta’ Emese Tóth.

Din l-attività qed tkun appoġġjata mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali tal-Qala u l-Knisja Parrokkjali tal-Qala.

L-attività se tibda għall-ħabta tas-7.30p.m. hekk kif jintemm is-servizz tal-knisja. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi.

Ekonomija

Sport