Thursday, April 25, 2024

Ġermaniż sab £130,000 f’cupboard li xtara minn fuq eBay

Aqra wkoll

Thomas Heller, Ġermaniż ta’ 50 sena, xtara cupboards tal-kċina minn fuq eBay mingħand koppja anzjana. F’wieħed mill-cupboards huwa skopra li hemm żewġ envelops moħbijin, mimlijin bil-flus, li eventwalment kienu jammontaw għal £130,000. Però, minflok ma waqa’ għat-tentazzjoni li jżommhom għalih, huwa ddeċieda li jmur bihom l-għassa tal-pulizija.

Heller jirrakkonta li wieħed mill-envelops kien miftuħ, mimli b’għadd ta’ karti tal-€100. L-envelop l-ieħor fetħuh il-pulizija u kien mimli b’karti tal-€200 u tal-€500.

Il-pulizija, impressjonati bl-onestà ta’ dan ir-raġel, immedjatament fetħu investigazzjoni sabiex isibu lis-sid oriġinali ta’ din il-kċina. Eventwalment irriżulta li l-flus kienu ta’ mara anzjana ta’ 91 sena, minn Halle, li tgħix f’dar tal-anzjani.

Il-persuna li biegħet din l-għamara kienet in-neputi tal-koppja anzjana, li stqarr mal-midja lokali illi ma kellux l-iċken idea li seta’ kien hemm xi flus moħbija.

Skont il-liġi Ġermaniża, li persuna żżomm iktar minn €10 (ekwivalenti għal madwar £9) fi flus li ma jappartjenux lilha, jitqies bħala serq u min iwettaq dan ir-reat jista’ jeħel sa tliet snin ħabs.

Minkejja dan, mhux talli Heller ma weħilx il-ħabs, iżda minħabba l-onestà tiegħu huwa ngħata premju, għaliex l-istess liġi tgħid illi din il-persuna hija eliġibbli għal 3% tal-ammont li nstab — somma ta’ madwar £4,000.

Sport