Tuesday, April 21, 2026

25 persuna jmutu f’inċident f’fabbrika tal-logħob tan-nar fl-Indja

Aqra wkoll

Mill-inqas 25 persuna nqatlu fi splużjoni f’fabbrika tal-logħob tan-nar fl-istat ta’ Tamil Nadu fin-nofsinhar tal-Indja, b’erba’ persuni oħra sfaw midruba serjament.

L-isplużjoni seħħet il-Ħadd filgħaxija f’Vanaja Fireworks Industry f’Virudhunagar. Il-fabbrika suppost kellha tkun magħluqa iżda madwar 50 ħaddiem inzertaw kienu fuq ġewwa dak il-ħin.

Ġie rrapportat li t-tieni splużjoni seħħet waqt li kienu għaddejjin l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ, fejn weġġgħu 13-il persuna oħra, għalkemm ħadd ma sofra minn ħruq serju.

Il-kawża tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa u l-investigazzjoni għadha għaddejja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport