Kien għall-ħabta tad-9.00am meta folla numeruża inġabret fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex biex jipparteċipaw f’mixja bil-għan li jinġabrun flus għal Puttinu Cares.
Din il-mixja ta’ solidarjetà ġiet organizzata minn Social & Cultural Activity Committee fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u bdiet minn ħdejn il-Ministeru għal Għawdex.
Dawk preżenti mxew sas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu fejn kienet segwita b’quddiesa li tmexxiet mil-Isqof ta’ Għawdex Mons. Anton Teuma.
Din il-mixja annwali, li issa daħlet fil-kalendarju ta’ pajjiżna, ħadu sehem mal-250 persuna li kienu jinkludu impjegati minn bosta Direttorati kif ukoll studenti li jattendu l-iskejjel Sir Arturo Mercieca Primary School, Gozo College Middle School u Sir MA Refalo Sixth Form, li lkoll jinsabu fil-Belt Victoria. Waqt din l-attività nġabret is-somma sabiħa ta’ €2,680.
Prosit lill dawk kolla li taw semhom fil mixja brisq PUTTINU f’Ghawdex din hi laqda tal Maltin u GHAWDXIN.
GRAZZI