Tuesday, May 14, 2024

Biljunarju jitlaq lil martu bid-dimensja u jpoġġi ma’ mudella

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Raġel iddivorzja lil martu wara snin t’għerusija u erba’ snin żwieġ minħabba li riċentament instab li għandha d-dimensja, liema sitwazzjoni ħolqot problemi serji fir-relazzjoni tagħhom.

Iż-żwieġ bejn din il-koppja anzjana, bir-raġel ta’ 79 sena u martu ħames snin iżgħar minnu fl-età, sfaxxa fix-xejn. Huwa għażel li jmur jgħix ma’ mara oħra t’20 sena iżgħar minnu u li hija famuża fid-dinja tal-immudellar.

Skont sorsi qrib tal-koppja ntqal li dawn l-aħħar sentejn kienet diffiċli ferm għar-raġel biex kompla jgħix ma’ martu Claudia. Dan hekk kif sentejn ilu rriżulta li kienet qiegħda tbati mid-dimensja u kawża t’hekk kien qed ikollha diversi bidliet fl-imġiba tagħha.

F’kumment li taw lill-gazzetta Ġermaniża BIld, l-istess sorsi qalu li r-raġel, Wolfgang Heinz Porsche, sabha kważi “impossibbli” li jgħix ma’ martu u li bħalissa qiegħed jgħix mal-mudella Gabrielle Prinzessin zu Leiningen ta’ 59 sena. Riċentament, din il-koppja “friska” marret btala fil-Maldives.

Porsche huwa ta’ nazzjonalità Ġermaniża-Awstrijaka u Chairman tal-Bord ta’ Sorveljanza tal-kumpanija tal-karozzi Porsche. Huwa twieled Stuttgart u huwa l-iżgħar iben tal-eks disinjatur ta’ Porsche AG u Kap Eżekuttiv Ferdinand Ferry Porsche u Dorothea Reitz.

Sport