Sunday, December 22, 2024

29 perit jirċievu l-warrant biex jibdew jipprattikaw il-professjoni tagħhom

Aqra wkoll

Disgħa u għoxrin perit ingħataw warrant biex b’hekk issa jistgħu jibdew jipprattikaw u jaħdmu f’din il-professjoni li domanda għaliha dejjem tibqa’ tikber. Il-warrants kienu ppreżentati mis-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia.

Waqt iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari tkellem kif il-periti mhux biss jagħtu kontribut siewi fl-iżvilupp ta’ pajjiżna imma għandhom rwol kruċjali biex f’pajjiżna jkollna żvilupp sostenibbli.

“Inħeġġeġ lil periti jagħmlu kuraġġ biex ikunu drastiċi fil-viżjonijiet tagħhom u ma jħallu lil ħadd jillimita l-ħolm tagħhom. Inizjattivi kuraġġużi huma dawk li jibdlu d-dinja. Il-futur ta’ Malta jinsab f’idejhom, u jien konvint li l-periti huma lesti li jgħollu l-livell tal-arkitettura tagħna,” tenna s-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia.

Huwa għalaq billi fakkar li kull bini li joħolqu, kull spazju li jfasslu, huwa l-legat li se jħallu warajhom u li importanti li dan il-legat juri l-passjoni, l-innovazzjoni, u l-impenn tagħhom għall-professjoni kbira tal-arkitettura.

Indirizza wkoll iċ-ċerimonja ċ-Chairperson tal-Bord tal-Warrant tal-Periti Frank Psaila li spjega kif sa mit-twaqqif ta’ dan il-bord, f’Awwissu 2022, ingħataw 226 warrant. Spjega wkoll kif fl-aħħar ftit snin twettqu għadd ta’ riformi f’dan il-qasam, riformi meħtieġa u kuraġġużi.

“Ir-riformi jpoġġu r-responsabbiltà fuq kulħadd,  mhux l-inqas fuq il-Periti. L-appell tiegħi jibqa’ għar-responsabbiltà fid-deċiżjonijiet li jieħdu filwaqt li jkunu kburin bil-professjoni tagħhom u jużawha biex joħolqu dak li hu sabiħ sabiex jitgawda minn ġenerazzjoni għal oħra,” tenna Dr Psaila.

Il-Warrants bdew bil-Liġi tal-1919 fl-Architects’ Ordnance. Sena wara ġiet imwaqqfa l-Kamra tal-Periti fl-1920 u l-ewwel warrants ħarġu mill-istess liġi.

Ekonomija

Sport