Friday, November 22, 2024

3.84 miljun persuna oħra fl-Istati Uniti tapplika għall-benefiċċji tal-qgħad

Aqra wkoll

L-effetti tal-pandemija fl-Istati Uniti kulma jmur dejjem aktar qed jinħassu mil-lat ekonomiku. Dan hekk kif miljuni oħrajn ta’ ħaddiema Amerikani l-ġimgħa li għaddiet applikaw għall-benefiċċji tal-qgħad.

Dan wassal biex fuq medda ta’ sitt ġimgħat, mindu l-pandemija tal-coronavirus bdiet twassal għall-għeluq ta’ negozji madwar il-pajjiż, it-total qabeż it-30 miljun.

Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-applikazzjonijiet kienu jammontaw it-3.84 miljun. Dan b’paragun mal-4.4 miljun oħrajn li rreġistraw għall-benefiċċji l-ġimgħa ta’ qabel.

Intant il-każi fl-Istati Uniti ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19 issa qabeż il-miljun persuna, bin-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom kaġun tal-virus jaqbeż it-62,000 persuna.

Sport