Sunday, November 24, 2024

3 persuni l-Isptar wara ħabta fi triq tax-Xlendi Għawdex

Aqra wkoll

3 persuni kellhom jiddaħlu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tal-3.45pm seħħet ħabta bejn żewġ vetturi fi Triq il-Għajn fix-Xlendi.

Il-ħabta seħħet ftit ‘il fuq mill-kappella li hemm fix-Xlendi. Fuq il-post marru diversi uffiċjali tal-pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-ħabta seħħet bejn Toyota Vitz li kienet misjuqa minn raġel ta’ 80 sena residenti Malta u karozza tal-għamla Kia.

Jirriżulta li s-sewwieq tat-Toyota kellu jiddaħħal l-Isptar flimkien ma’ mara ta’ 72 sena li kienet passiġġiera fuq quddiem tal-karozza. Magħhom fuq wara kien hemm mara ta’ 45 sena li wkoll iddaħlet l-Isptar Ġenerali għal kura.

S’issa l-kundizzjoni tal-persuni nvoluti fil-ħabta għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija mill-Għassa tar-Rabat Għawdex qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Sport