Monday, December 23, 2024

30 każ ġdid u jfiqu 28 persuna

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 30 każ ġdid u rkupraw 28 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa telgħu għal 745.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 32 persuna rikoverati u li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Dawn li mietu bil-Covid-19 baqgħu 446 wara li fl-aħħar sigħat ma kienet rappurtata l-ebda fatalità.

B’rabta mal-programm tat-tilqim, sal-bieraħ kienu ngħataw 802,798 doża tal-vaċċin li minnhom 1,320 huma booster dose.

Ekonomija

Sport