Friday, May 2, 2025

30 xahar ħabs talli qarraq b’sieħbu u spiċċa ffrodah €64,000

Aqra wkoll

Christopher Gatt ġie kkundannat 30 xahar ħabs wara li nstab ħati li qarraq b’sieħbu biex jinvesti fi ftehimiet kummerċjali foloz. B’kollox Gatt froda lil sieħbu madwar €64,000.

Skont dan li kien ippreżentat fil-Qorti, Gatt kien qal lil sieħebu biex jinvesti  €45,000 bħala parti minn ftehim biex jixtri tliet appartamenti. Skont il-ftehim, dawn l-appartamenti kellhom jerġgħu jinbiegħu malajr u anke kien se jieħu flusu lura bil-profitti. Gatt kien wegħdu li dan kollu kellu jsir f’90 jum.

Mill-provi mressaq fil-Qorti, Gatt uża l-€45,000 għas-suppost ftehim tal-proprjetà, Gatt użahom biex ikopri “spejjeż oħra” mhux relatati ma’ xi ftehim ta’ proprjetà. L-akkużat ma ppreżenta l-ebda dokument li juri li hu kien f’xi konvenji jew għamel xi kuntratti biex jixtri dawn l-appartamenti.

Aktar minn hekk, Gatt insab ħati wkoll li qarraq fejn kien talbu €19,000 biex jidħol fi skema dubjuża, skema li kienet ibbażata fis-Serja.

Apparti s-sentenza ta’ ħabs, il-Maġistrat Rachel Montebello ordnat lil Gatt biex iħallas lura lill-vittma tiegħu l-ammont li ġie ffrodat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport