Thursday, September 24, 2026
Home Sport Mazzotta jħabbar l-iskwarda finali ta’ 24 player għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew...

Mazzotta jħabbar l-iskwarda finali ta’ 24 player għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew U21

0
54
Ritratt: mfa.com.mt

Il-coach tat-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, ħabbar l-iskwadra finali ta’ 24 player għall-partiti li ġejjin mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2027.

Dan wara li Mazzotta kien inizjalment ħabbar skwadra proviżorja ta’ 30 player.

Matul il-waqfa internazzjonali ta’ Settembru u Ottubru, it-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena se jilgħab tliet partiti, u b’hekk itemm il-kampanja ta’ kwalifikazzjoni tiegħu fi Grupp F.

L-ewwel partita hija kontra l-Irlanda ta’ Fuq fis-26 ta’ Settembru 2026 fiċ-Centenary Stadium, bil-logħba tibda fis-7.00 pm.

Wara dan, Malta se taffaċċja lill-Ġermanja – team ta’ livell għoli ħafna – fit-30 ta’ Settembru 2026, ukoll fiċ-Centenary Stadium. Filwaqt li l-partita kienet inizjalment skedata li tibda fis-7.00 pm, il-ħin inbidel għal siegħa qabel, jiġifieri, fis-6.00 pm.

Il-biljetti għaż-żewġ partiti f’darna huma disponibbli, b’aktar informaz­zjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Malta FA.

Il-kampanja ta’ kwalifikazzjoni ta’ Malta tintemm fis-6 ta’ Ottubru 2026 b’partita barra minn xtutna kontra l-Latvja. Il-konfront se jsir fid-Daugava Stadium f’Riga, bil-logħba tibda fis-6pm.

It-tliet partiti kollha se jixxandru dirett fuq TVMSport+.

Permezz ta’ dawn it-tliet partiti, it-team ta’ Mazzotta se jkompli jikseb aktar esperjenza internazzjonali kontra avversarji ta’ livell għoli, bil-għan li jtemm il-kampanja ta’ kwalifikazzjoni b’wirjiet pożittivi kemm f’darna kif ukoll barra minn darna. L-iskwadra ta’ 24 player magħżula minn Mazzotta hija din:

Goalkeepers: Liam Frendo (Valletta), Fabian Lauri (Sliema W.), Karl Sargent (Gzira U.)

Difensuri: Deacon Abela (Gzira U.), Nathan Cross (Mosta), Mattias Ellul (Valletta), Matteo Gambin (Fgura U.), Benjamin Hili (Swieqi U.), Sven Xerri (Hamrun S.), Jake Vassallo (Birkirkara)

Midfielders: Andrew Borg (Gzira U.), Bjorn Buhagiar (Mgarr U.), Lucas Caruana (Marsaxlokk), Jake Grech (Balzan), Daniel Letherby (Hamrun S.), Jake Micallef (Zabbar SP), Lucas Okeke (Swieqi U.)

Attakkanti: Shaisen Attard (Hamrun S.), Kai Bartolo (Amersham Town FC – Ingilterra), Brooklyn Borg (Gzira U.), Alfie Bridgman (Moneyfields FC – Ingilterra), Isaiah Chukunyere (Hibernians), Kaiden Fenech (Zabbar SP), Trezeguet Zammit (Naxxar L.)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here