Saturday, December 14, 2024

300 sajjied full time f’Malta

Aqra wkoll

Ix-xogħol fuq il-baħar mhuwiex faċli, anzi huwa xogħol iebes ħafna għal min jagħmlu fejn ħafna drabi jkollhom jitbiegħdu mill-familja. Din l-industrija hija ferm antika u għandha tkompli tkun sostenibbli.

F’intervista li kienet għamlet ma’ dan is-sit, il-kandidata Laburista Alicia Bugeja Said qalet li f’Malta hawn madwar 800 sajjied li 300 minnhom huma full-time filwaqt li hemm oħrajn dilettanti li jew għandhom dgħajsa jew inkella jistadu għall-gost u l-pjaċir.

Illum mhux faċli għal sajjied żagħżugħ sabiex ikollu d-dgħajsa tiegħu. Wieħed irid jieħu self mill-bank minħabba l-ispejjeż involuti.

Fost ħafna affarijiet, minbarra li jkun jaf jistad is-sajjied irid ikun jaf ukoll ilesti l-għalf biex ikun jista’ jistad, isewwi d-dgħajsa meta jiġrilah xi ħsara fil-mutur u jirranġa x-xbiek u jsewwi n-nases.

Huwa xogħol importanti ferm u għalhekk kemm ikun aktar xieraq li kieku dan ix-xogħol jiġi apprezzat aktar. 

Fl-aħħar 10 snin, skond l-istatistika li tinġabar f’Malta, is-sajjieda qabdu madwar 350 speċi differenti ta’ ħut li fost l-oħrajn jinkludu ħut tal-qiegħ bħaċ-ċipulazz u d-denċi, ħut tal-wiċċ kif ukoll dawk li jpassu fejn fost l-oħrajn insibu dawk popolari bħal-lampuki u pixxispad

B’danakollu t-tbatija fil-ħidma tas-sajjieda ma tnaqqas xejn mis-sbuħija li joffru l-inġenji tal-baħar sorguti fil-portijiet naturali Maltin. 

Ritratt tal-fotografu tagħna Roger Azzopardi juri l-kuntrasti ta’ kuluri u ismijiet ta’ luzzijiet tas-sajd li jissuktaw ikattru din is-sbuħija li tgħaxxaq lil ħafna barranin li jżuru pajjiżna u b’hekk dawn jingħataw togħma ċkejna ta’ ftit mill-ħafna sbuħija li hawn fil-gzejjer Maltin.

Ekonomija

Sport