Wednesday, July 24, 2024

32 persuna nstabu jgħixu b’mod irregolari f’Għawdex

Aqra wkoll

Wara jiem ta’ sorveljanza, matul il-jum tal-Ħadd, il-Pulizija assistiti minn Uffiċċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni wettqu diversi spezzjonijiet fi spazji pubbliċi u residenzi privati f’Għawdex.

Minn dawn l-ispezzjonijiet ġew arrestati 32 persuna wara li nstabu jgħixu b’mod irregolari fil-pajjiż.Dawn il-persuni, li huma mill-Ghana, mis-Sirja, mill-Etjopja u s-Sudan ittieħdu fiċ-Ċentru ta’ Detenzzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex jiġu ritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu jew f’pajjiż fejn jistgħu jirrisjedu regolarment.

Filwaqt li dawn l-ispezzjonijiet mistennija jissoktaw fil-jiem u ġimgħat li ġejjin, il-Pulizija qed tkompli għaddejja bl-invenstigazzjonijiet tagħha.

Ekonomija

Sport