Wednesday, July 24, 2024

Atlas Insurance tippreżenta d-Digital Marketing Innovation Award fil-JA Malta Finals and Awards Night

Aqra wkoll

Atlas Insurance sponsorjat u ppreżentat id-Digital Marketing Innovation Award waqt il-JA Malta Finals and Awards Night ta’ din is-sena, hekk kif enfasizzat ir-rwol kritiku tal-marketing diġitali fid-dinja intraprenditorjali tal-lum.

Matthew von Brockdorff, Direttur Maniġerjali u CEO ta’ Atlas Insurance, ippreżenta l-premju lill-kumpanija mmexxija mill-istudenti ReMind, għall-istrateġija u l-iskjerament eċċellenti tal- għodod tal-marketing diġitali fil-promozzjoni tal-prodott Tiftakards, logħba tal-karti 3-in-1, multiġenerazzjonali u favur l-ambjent, li tiċċelebra l-wirt kulturali Malti. ReMind kienet ukoll ir-rebbieħa tal-Company of the Year Award u se tkun qed tirrappreżenta lil Malta waqt #Gen_E, l-akbar festival ta’ intraprenditorija fid-dinja, li se jsir f’Katanja. 

Meta indirizza s-serata, Matthew von Brockdorff faħħar l-ispirtu inventiv u d-determinazzjoni tal-istudenti parteċipanti, u stqarr: “Huwa tassew ta’ unur għal Atlas Insurance li tappoġġja dan il-premju, u hija esperjenza ta’ sodisfazzjon għall-membri kollha ta’ TeamAtlas li jaraw il-kreattività u l-għarfien ta’ dawn l-istudenti, li jħejjuhom għad-dinja tal-intraprenditorija. L-importanza tal-marketing diġitali dejjem tkompli tikber, u l-għarfien f’dan il-qasam sar neċessita’ għan-negozji, speċjalment in-negozji ġodda, sabiex jirnexxu. ”

Atlas Insurance ilha toffri s-sostenn tagħha lil JA Malta għal aktar minn 10 snin, bħala kontribuzzjoni għall-isforz biex titrawwem il-ġenerazzjoni li jmiss tal-mexxejja tan-negozju permezz tal-għarfien, ħiliet u kompetenzi essenzjali biex jgħinu fil-bini ta’ futur pożittiv, flimkien.

Ekonomija

Sport