Fl-aħħar aġġornament mill-awtoritajiet tas-saħħa rriżulta li minn total ta’ 2,542 swab tests kien hemm 37 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna. Dawn il-każijiet għadhom qed jiġu investigati.
Fl-istess waqt tħabbar li 44 persuna fieqet mill-virus biex b’hekk it-total ta’ persuni mfejqa tela’ għal 1,121.
Intant, l-awtoritajiet tas-saħħa taw id-dettalji tal-każijiet imħabbra l-Erbgħa fejn minn dawn kien hemm 18-il każ ta’ familjari ta’ każijiet preċedenti, 6 li kienu f’kuntatt dirett ma’ każijiet diġà magħrufa u 6 każijiet li kienu kollegi ta’ persuni li kienu pożittivi għall-virus.
It-total ta’ każijiet mill-bidu tal-pandemija huwa ta’ 1,788 u t-total ta’ swabs li saru s’issa huwa ta’ 182,245.
https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/196978025354082