Monday, May 13, 2024

39,578 flixkun inbid u 584 flixkun ta’ alkoħol ieħor maqbuda mid-dwana din is-sena

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-fliexken kollha kkonfiskati mid-dwana matul din is-sena jammontaw għal valur fis-suq ta’ €456,364.

Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, id-Dipartiment tad-Dwana kkonfiska 39,578 flixkun inbid u 584 flixkun ta’ alkaħol ieħor.

Il-valur fis-suq ta’ dawn il-fliexken ikkonfiskati jammonta għal-€456,364 li jinkludi €430,084 fi fliexken tal-inbid u €26,280 fi fliexken oħra bl-alkoħol. 

It-taxxi li ma kinux se jitħallsu li kieku dawn il-fliexken tal-inbid ħarġu fis-suq kienet se tinkludi €6,146 f’dazju u €78,521 f’VAT. Dawk relatati mal-fliexken l-oħra kienu jammontaw għal €2,224 f’dazju u €5,131 f’VAT.

Sport