Tuesday, October 22, 2024

4 persuni jittieħdu l-Isptar wara li kienu nvoluti f’argument fis-Swieqi

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal11.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Modd, is-Swieqi.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien qam argument bejn Ukren ta’ 27 sena, Ukren ta’ 32 sena, Serb ta’ 33 sena residenti s-Swieqi u Serb ieħor ta’ 31 sena residenti s-Swieqi wkoll. Waqt dan l-argument allegatament ġie użat martell u s-Serbi ħarbu minn fuq il-post.

Tim mediku ta l-assistenza lill-Ukreni fejn ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard dak ta’ 27 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat bi ġrieħi ta’ natura ħafifa.

Matul l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, is-Serbi ġew arrestati ġewwa residenza fis-Swieqi. Mill-istess residenza ġew elevati wkoll numru ta’ oġġetti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport