Wednesday, October 9, 2024

Anzjan bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 78 ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ gall-ħabta tal-10.00pm kien involtu f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem Għawdex.

Il-pulizija fi stqarrija qalu li hekk kif ġew informati marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW X5 misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti Għajnsielem, u Mitsubishi Pajero misjuq minn raġel ta’ 78 sena residenti l-Għarb. Fil-Mitsubishi kien hemm ukoll mara ta’ 83 sena residenti l-Għarb ukoll. B’konsegwenza ta’ dan l-inċident il-Mitsubishi nqalbet.

Tim mediku ta l-għajnuna fuq il-post u r-raġel ta’ 78 sena u l-mara ta’ 83 sena ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza għal aktar kura medika, fejn hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi u l-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ta’ natura ħafifa .

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport