Tuesday, November 24, 2026
Home Sport Marco Amelia kkundannat għal sospensjoni ta’ xahar milli jidħol fi kwalunkwe ground...

Marco Amelia kkundannat għal sospensjoni ta’ xahar milli jidħol fi kwalunkwe ground tal-football f’Malta u mmultat €200

0
29

L-eks coach ta’ Hamrun Spartans FC, Marco Amelia, ġie kkundannat għal sospensjoni ta’ xahar milli jidħol fi kwalunkwe ground tal-football f’Malta u mmultat €200, wara li nstab ħati ta’ waħda miż-żewġ akkużi miġjuba kontrih mill-pulizija.

Il-kowċ Taljan ġie lliberat mit-tieni akkuża wara proċeduri fil-Qorti ppreseduti mill-Maġistrat Nadine Sant Lia.

Jidher li l-każ jirrigwarda inċident li seħħ waqt il-konfront tal-VBET Malta Premier bejn Ħamrun Spartans u Valletta, li ntlagħab nhar il-Ħadd, 25 ta’ Ottubru 2026, fl-Istadium Tony Bezzina f’Raħal Ġdid.

Amelia tkeċċa mir-referee Glen Tonna fit-tieni taqsima tal-logħba, li fiha Hamrun Spartans rebħu 2-1.

Amelia kien akkużat li kkawża disturb pubbliku permezz tal-azzjonijiet tiegħu, wara li daħal fiż-żona tal-perimetru tat-tribuna VIP tal-istadium fil-mumenti finali tal-partita.

L-eks goalkeeper internazzjonali Taljan kien sussegwentement sospiż għal xahrejn mill-awtoritajiet dixxiplinarji tal-Malta FA; sanzjoni li aktar tard ġiet annullata wara appell.

Il-prosekuzzjoni mill-pulizija tmexxiet mis-Supretendent Frank Sammut.

Amelia temm ir-rabta tiegħu ma’ Hamrun Spartans aktar kmieni dan ix-xahar.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here