Saturday, December 21, 2024

4 persuni l-isptar fosthom żewġ minuri u uffiċjal tal-Pulizija

Aqra wkoll

4 persuni fosthom żewġ minuri u uffiċjal tal-Pulizija kellhom jiddaħlu l-isptar wara li għall-ħabta tal-4.50pm kienu nvoluti f’inċident tat-traffikufi Triq Mikiel Anton Vassalli, eżatt ħdejn it-trafic lights ta’ ħdejn Paceville.

Kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li fl-inċident kien hemm involuti Citroen c4 li kienet misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti Ħ’Attard. Magħha kellha żewġ minuri, tifla ta’ 13-il sena u tifel ta 7 snin.

Għal xi raġuni l-mara kellha mpatt ma’ karozza tal-Pulizija mis-sezzjoni tal-IRU li kienet misjuqa minn uffiċjal tal-Pulizija ta’ 33 sena.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei li wara li taw l-ewwel għajnuna lill-persuni nvoluti ttieħdu għal aktar kura l-Isptar permezz ta’ żewġ ambulanzi.

Il-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ…

Ekonomija

Sport