Saturday, December 21, 2024

40 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed… Persuna waħda tinqabad tikser il-kwarantina obbligatorja

Aqra wkoll

40 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern. Intant, persuna nqabdet tikser il-kwarantina obbligatorja fis-664 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Sehem il-priġunieri kontra l-COVID-19

Anke l-priġunieri fil-ħabs ta’ Kordin meddew idejhom fil-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19 u bdew jaħdmu maskri u tagħmir protettiv biex jintużaw minnhom, mill-uffiċjali tal-ħabs u anke minn dipartimenti oħra tal-Gvern. Ir-residenti f’Kordin qed ikunu xempju ta’ kif il-pajjiż għandu jkun magħqud biex jaffronta l-isfida tal-virus. Sehemhom ħabat fi żmien meta kull pajjiż qed ikollu sfidi kbar biex jikseb materjal protettiv. Anke minn Kordin, ir-residenti qed juru li l-ħabs għandu jkun post ta’ riabilitazzjoni u mhux kastig.

Ekonomija

Sport