Saturday, December 21, 2024

4,030 student universitarji ġodda

Aqra wkoll

Aktar minn 11,800 student illum bdew is-sena akkademika tagħhom fil-livell terzjarju. Dawn bejniethom se jkunu qed isegwu madwar 930 kors li toffri l-Universita ta’ Malta. Minn dan l-għadd ta’ studenti, 4,030 se jirfsu l-campus universitarju għall-ewwel darba filwaqt 1,242 oħra huma studenti barranin minn 119 il-pajjiz differenti. 

F’diskors li għamel fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tas-sena kkademika 2021 – 2022, ir-Rettur tal-Universita, il-Prof Alfred Vella, fakkar kif il-pandemija tal-Covid-19 ġabet pandemonju sħiħ fuq ħafna nies partikularment fuq l-istudenti u ħarbtet il-korsijiet universitarji.

Filwaqt li qal li llum il-ġurnata l-infezzjonijiet qed jonqsu kuljum, sostna li għal ħafna żmien iżda deher li l-virus tal-Covid-19 ma kienx se jiġi megħlub u għaldaqstant mhux biss farrak kull tama li kollox jerġa’ lura għan normal imma ħalla l-impressjoni li ma konniex se niġu lura għal ħajja li konna mdorrijin biha.

Ir-Rettur semma s-sitwazzjoni tal-lum u qal li issa, li 90% tal-poplu huwa mlaqqam kontra l-virus, l-infezzjonijiet ġodda li qed ifeġġu huma inqas minn 20 kuljum fl-istesswaqt li l-Awtoritajiet tas-Saħħa għadhom jinfrurzaw b’mod riġidu l-prekawzjonijiet tad-distanza soċjali, l-isteriliżazzjoni bl-alkoħol u l-kontrol tad-daqs tal-kongregazzjonijiet.

Il-Prof Vella enfasizza l-importanza tal-preżenza fiżika tal-istudenti fl-Universita għax b’hekk it-tagħlim isir aħjar billi l-istudenti jiltaqgħu u jkollhom kuntatt persunali u kommunikazzjoni diretti mal-letturi u l-professuri tagħhom. Dan apparti li ċertu suġġetti ma jistgħux ikunu mgħallma jekk mhux permezz ta’ esperjenza fiżika.

Preżenti għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tas-sena akkademika universitarja kien hemm ukoll il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyn Caruana.

Ekonomija

Sport