Wednesday, May 14, 2025

408 charging points għall-użu pubbliku f’Malta u Għawdex

… għaddej proġett biex jiżdiedu mal-1,200 charging point ieħor

Aqra wkoll

B’kollox hawn 408 charging points għall-użu pubbliku mxerrdin madwar Malta u Għawdex, filwaqt li għaddej proġett ieħor biex jiżdiedu mal-1,200 charging point ieħor madwar il-gżejjer. Dawn jnkludu 324 charging point li se jsiru fil-lokalitajiet tas-Seba’, l-Għaxar u t-12-il Distrett Elettorali. 

Kienet il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli li tat dawn id-dettalji waqt li kienet qed twieġeb mistoqsija Parlamentari  tad-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea. 

Il-Ministru Dalli spjegat li qabel ma jitwaħħlu ċ-charging pillars irid isir xogħol infrastrutturali u ta’ preparamenti elettriċi li diġà qed isir fil-każ ta’ numru ta’ siti f’uħud mil-lokalitajiet.  

Qalet li t-tender għat-twaħħil tal-ewwel 180 charging pillar qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni, u fix-xhur li ġejjin se jinħarġu tenders oħrajn biex sal-aħħar tas-sena jiġu kuntrattati s-600 charging pillar ġdid kollha. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport