Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, bejn il-Ħadd u t-Tnejn ġew irreġistrati 42 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 122 oħra.
B’hekk l-ammont ta’ każi issa huwa ta’ 857.
It-total tal-imwiet baqgħu 795 wara li fl-aħħar sigħat ma kienet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-pandemija.