Sunday, November 3, 2024

44 sena ilu dehret għall-ewwel darba l-bandiera tal-LGBTIQ

Aqra wkoll

Bħal lum, 25 ta’  Ġunju tas-sena 1978, dehret għall-ewwel darba il-bandiera bil-kuluri tal-qawsalla li llum saret sinonimu mal-moviment tal-LGBTIQ. 

Din il-bandiera kienet dehret għall-ewwel darba fis-San Francisco Gay Freedom Day March. Il-bandiera kienet iddisinjata mill-artist gay u veteran fil-militar Gilbert Baker. Il-bandiera kienet inġarret minn tletin voluntier. 

Id-disinn oriġinali kien jinkludi tmien kuluri – ir-roża jissimbolizza is-sesswalità, l-aħmar il-ħajja, l-orangjo il-fejqan, l-isfar jissimbolizza ix-xemx, l-aħdar in-natura, it-turquoise l-art, l-indigo il-paci u l-vjola l-ispirtu. 

Sport