Tuesday, May 21, 2024

Darts: Manchester CP jibdew il-kampjonat tas-sajf b’rebħa kbira

Aqra wkoll

Il-Ħamis li għadda ngħata bidu għall-kampjonat tas-sajf 6-a-side organizzat mill-MDA. Għaxar timijiet qed jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni li ġiet maqsuma f’żewġ gruppi ta’ ħames timijiet il-wieħed.

Fl-ewwel ġurnata spikkat ir-rebħa ta’ Manchester Conquest Pub li minn grupp B iddominaw u għelbu lil Duke’s Bar 6-0. Mill-istess grupp, PO’s Bar għelbu lil St Paul’s Diamond 4-2 sabiex bdew bl-aħjar mod possibbli din il-kompetizzjoni. Sadanittant Sliema Inter DC kienu bye.

Minn grupp A Ħamrun Bayern u Top Gun Bar kisbu l-ewwel tliet punti wara rebħiet identiċi ta’ 4-2 kontra Floriana Ajax u Żebbuġ Rangers rispettivament.

Sport