Monday, December 30, 2024

45 persuna jinstabu jgħixu b’mod irregolari f’Malta… se jiġu ritornati lejn il-pajjiżhom

Aqra wkoll

Il-Korp tal-Pulizija issokta bil-ħidma koordinata ta’ infurzar fuq kull livell u f’diversi setturi, fejn fl-aħħar jiem kompla jkun hemm numru ta’ spezzjonijiet b’rabta mal-immigrazzjoni biex ikun assigurat li persuni li jinsabu f’pajjiżna qed jagħmlu dan skont il-liġijiet tal-pajjiż.

Fil-Ħamrun, fil-Qawra, Santa Venera u anke f’San Pawl il-Baħar, il-Pulizija mexxiet spezzjonijiet li nvolvew entitajiet oħra fosthom is-servizzi ta’ detenzjoni, Identità u Jobsplus, biex saret ukoll enfasi fuq postijiet tax-xogħol u postijiet pubbliċi.

Dawn l-ispezzjonijiet fuq numru ta’ persuni wasslu biex instabu 45 persuna li kienu qed jgħixu Malta b’mod irregolari u minnufih beda l-proċess biex dawn ikunu ritornati lejn il-pajjiż minn fejn ġew u fejn għandhom il-permess li jgħixu.

Il-Korp tal-Pulizija se jissokta b’din il-ħidma li hi waħda ma taqta xejn bħala parti minn strateġija proattiva fil-qalba tal-komunitajiet.

Ekonomija

Sport