Saturday, December 21, 2024

45 sena mill-qtil ta’ Karin Grech

Aqra wkoll

Proprju bħal-lum 45 sena ilu pajjiżna ra wieħed mill-aktar qtil infami fl-istorja tal-pajjiż: dak ta’ Karin Grech. Kien fit-28 ta’ Diċembru 1977, meta l-familja Grech irċeviet pakkett imgeżwer bħala rigal u indirizzat lil missierha, il-Professur Edwin Grech.

Karin, li kien għad kellha biss 15-il sena, marret tiftħu peress li ħasbet li kien rigal u viċin tagħha kellha lil ħuha Kevin li kien għad kellu għaxar snin. Malli fetħet il-pakkett splodiet il-bomba u għalkemm ittieħdet fl-Isptar San Luqa mietet madwar nofsiegħa wara.

Fil-quddiesa li matulha ngħatat l-aħħar tislima, l-Arċisqof Mikiel Gonzi kien iddeskriva l-qtil bħala “l-ewwel attakk terroristiku fil-pajjiż”.

Il-mafkar ta’ Karin Grech

Il-qtil ta’ Karin seħħ fi żmien il-kwistjoni bejn il-Gvern u l-unjin tat-tobba u fl-istess jum kienet intbagħtet bomba oħra lit-Tabib Paul Chetcuti Caruana imma ma splodietx.

Fil-fatt il-Professur Grech kien irritorna Malta biex jagħti servizz lill-pajjiż peress li numru ta’ tobba kienu fuq strajk.

Il-qabar ta’ Karin Grech

Għalkemm il-Pulizija interrogat diversi persuni, fosthom studenti tal-mediċina li kienu qed isegwu kors biex jilħqu tobba, il-każ għadu meqjus misteru sal-lum.
Fl-2010 il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kienet ordnat lill-Gvern jagħti kumpens ta’ €419,287 lill-familja Grech u għalkemm oġġezzjona d-deċiżjoni kienet konfermata mill-Qorti Kostituzzjonali.

Matul is-snin il-Partit Laburista baqa’ jfakkar il-memorja ta’ Karin Grech b’quddiesa li ssir fil-Knisja ta’ San Ġwann fit-28 ta’ Diċembru ta’ kull sena li tkun segwita bit-tqegħid tal-fjuri mal-monument li hemm fl-istess lokalità.

Ekonomija

Sport