Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 456 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 168 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 4,666.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqgħu 740 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ma kienet rappurtata l-ebda mewta relatata mal-virus.