Thursday, December 26, 2024

46 persuna mejta wara li struttura ta’ 13-il sular ħadet in-nar

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 46 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li għexieren oħrajn sofrew ġrieħi serji meta binja ta’ 13-il sular ħadet in-nar fin-Nofsinhar tat-Tajwan. 

Din il-binja – li hija waħda residenzjali u kummerċjali – ħadet in-nar fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu u l-ħaddiema tat-tifi tan-nar ħadu iktar minn erba’ sigħat biex jikkontrollaw in-nirien.

Ħaddiema tat-tifi tan-nar li tkellmu ma’ BBC qalu li kien hemm 79 persuna li spiċċaw l-isptar u fost dawn hemm 14 f’kundizzjoni kritika.

S’issa għadu mhux magħruf xi kkawża dawn in-nirien u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport