Wednesday, April 24, 2024

4,646 immigrant jgħixu f’Għawdex

Aqra wkoll

It-total ta’ immigranti li jirrisjedu f’Għawdex huwa 4,646. Dan joħroġ minn tagħrif li ngħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar.

Il-Ministru Camilleri spjega li immigranti li jgħixu f’Għawdex li għandhom Permess ta’ Residenza li jeskludu lil dawk għandhom permess fuq bażi ta’ protezzjoni internazzjonali jammontaw għal 4,461. Dan filwaqt li dawk il-persuni li jirrisjedu f’Għawdex li għandhom permess fuq bażi ta’ protezzjoni internazzjonali jammontaw għal 185.

Sport