L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa feġġew 465 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li kien hemm 127 oħra li kienu dikjarati mfejqa mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdied għal 3,590.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 627 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietet mara ta’ 81 sena waqt li kienet pożittiva bil-virus.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 77 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, bi tliet persuni minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-Ħamis filgħaxija kienu ngħataw 1,254,627 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 349,561 kienu dożi tal-booster.