Tuesday, May 14, 2024

Il-Korea ta’ Fuq twettaq b’suċċess test fuq “missila mostruża”

Aqra wkoll

Il-Korea ta’ Fuq ħabbret li wettqet b’suċċess testijiet fuq l-ikbar missila ballistika interkontinentali (ICBM) li għandha. Din il-missila hija magħrufa bħala Hwasong-17, u kienet esebita l-ewwel darba f’parata li saret fl-2020. Id-daqs kolossali ta’ din il-missila kien ħasad anke lil esperti f’dan il-qasam. 

It-test li sar ilbieraħ, kien l-ewwel wieħed li l-Korea ta’ Fuq wettqet fuq ICBM mill-2017 ’il hawn. L-ICBMs huma missili ta’ distanza twila, u dawn saħansitra għandhom il-kapaċità li jolqtu lill-Istati Uniti. Il-Korea ta’ Fuq hija pprojbita milli twettaq testijiet fuq tali missili u fil-passat kellha tiffaċċja numru ta’ sanz­jonijiet ħorox talli għamlet dan. 

Il-midja tal-istat qalet li kien il-mexxej Kim Jong-un stess li dderieġa t-test fuq il-missila, u saħqet li din l-arma hija importanti biex tipprevjeni gwerra nukle­ari. It-test tal-bieraħ kien interċettat u segwit mill-qrib mill-Ġappun u l-Korea t’Isfel. 

L-uffiċjali militari tal-Ġappun qalu li l-missila taret f’altitudni ta’ 6,000 kilometru u waqgħet fil-baħar tal-Ġappun ftit iktar minn siegħa wara.

Sport