Friday, July 26, 2024

49-il persuna jinstabu jgħixu illegalment f’pajjiżna

Aqra wkoll

Il-ħidma tal-pulizija fil-qalba tal-komunitajiet issoktat ukoll bil-ħidma marbuta mal-immigrazzjoni rregolari u l-infurzar biex ikun assigurat li persuni li mhumiex f’pajjiżna skont il-liġi ma jibqgħux hawn.

Il-ħidma ssir f’ħinijiet u lokalitajiet differenti. Kien għalhekk li kmieni l-Ħadd filgħodu, il-Pulizija assistiti mill-uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, komplew bl-ispezzjonijiet f’Għawdex, prmparjament f’Marsalforn u fir-Rabat. 

Matul il-jum tal-Ħadd nstabu 49-il persuna jgħixu b’mod irregolari. In-nazzjonalitajiet tal-persuni misjuba jvarjaw mill-Afrika u mill-Lvant tal-Ewropa. Huma ttieħdu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni biex jibda l-proċess ta’ ritorn tagħhom.

Barra minn hekk fl-aħħar jiem, il-Pulizija rnexxileha ssib persuni oħra jgħixu b’mod irregolari f’Ħal Qormi u dawn kellhom jirritornaw lura lejn pajjiżhom.  

Din il-ħidma hija parti minn spezzjonijiet regolari li qed isiru f’lokalitajiet differenti u li ser tkompli tissaħħaħ fil-jiem li ġejjin.

Ekonomija

Sport