Hekk kif min-nhar is-Sibt li ġej se jitqawwa r-riħ mill-Majjistral, tant li mistenni jilħaq Forza 7, l-Għaqda tas-Salib l-Aħmar qalet li 5 bajjiet jistgħu jkunu ta’ periklu għal għawm.
Il-bajjiet li hemm probabbilità kbira li se jkunu “magħquda għal għawm” huma Golden Bay, Għajn Tuffieħa, Ġnejna, Fond Għadir u anke l-Bajja Perched.
L-avviż tal-għaqda Salib l-Aħmar jgħid li dawk kollha li kienu qegħdin jippjanaw biex imorru fuq dawn il-5 bajjiet fi tmiem il-ġimgħa għandhom ibiddlu l-pjanijiet tagħhom u jsibu bajja oħra li tkun sigura.
Sfortunatament, fil-passat riċenti, minkejja kull twissija li joħorġu l-Għaqdiet li qegħdin jgħassu l-bajjiet f’pajjiżna qed jiġu njorati tant li kemm-il darba l-membri tas-salvataġġ kellhom isalvaw diversi persuni.