Monday, May 13, 2024

5 pazjenti minn Gaza se jinġiebu Malta għall-kura

Aqra wkoll

Fil-jiem li ġejjin Malta mistennija tilqa’ 5 pazjenti minn Gaza biex ikunu jistgħu jingħataw il-kura f’pajjiżna. Dan qiegħed ikun posibbli b’ħidma li qed tiġi kkordinata mill-Union Civil Protection Mechanism.

F’kummenti li ta l-Ministru Ian Borg lil TVMnews qal li din l-għajnuna qed issir b’’koordinazzjoni ma’ entitaijiet oħra fosthom il-Ministru tal-Intern, tas-Saħħa u Dar Malta fi Brussell.

Malta se tkun wieħed mill-ewwel pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li se tilqa’ pazjenti għal kura speċjalizzata. Kienet l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li fil-jiem li għaddew talbet lill-Kummissjoni Ewropea biex pazjenti li għandhom bżonn għajnuna medika f’Gaza jiġu evakwati b’ajruplani speċjalizzati lejn xi pajjiżi membru tal-Unjoni Ewopea.

Malta permezz tal-irwoli diversi fuq il-fora internazzjonali anke bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħqda, pajjiżna qed ikompli jaħdem għal waqfien mill-ġlied b’mod permanenti u anke għall-ħelsien tal-istaġġi mill-Ħamis kif ukoll biex ikun hemm għajnuna umanitarja f’Gaza.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport