Monday, May 13, 2024

Tnaqqis fl-inċidenti u dawk midrubin fihom fl-ewwel kwart tas-sena

Aqra wkoll

Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, l-għadd ta’ inċidenti tat-traffiku u l-persuni li weġġgħu fihom naqsu meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel. F’dan l-istess perjodu kien hemm persuna waħda li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li l-għadd ta’ inċidenti tat-traffiku bejn Jannar u Marzu 2024 kien ilaħħaq it-3,811 – tnaqqis ta’ 0.3% fuq l-istess perjodu tal-2023. L-akbar numru ta’ inċidenti kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port b’1,347 każ jew 35.3% tal-inċidenti kollha.

L-istatistika turi wkoll li l-persuni midruba f’dawn l-inċidenti naqas bi 8.2% sabiex laħaq it-337 meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023. Dawk midruba gravi ammontaw għal 81 u kienu magħmulin minn 54 sewwieq, seba’ passiġġieri u 20 persuna miexja/bir-rota/oħrajn.

Il-ġrieħi li sofriet persun waqt li kienet miexja kienu fatali. B’hekk, l-għadd ta’ mwiet fl-inċidenti tat-traffiku naqas bi tlieta fuq l-istess perjodu tal-2023.

L-akbar għadd taʼ dawk li ndarbu gravi kienu rġiel (77.8 fil-mija). Barra minn hekk, il-persuna li mietet fit-traffiku kienet raġel. 32.0 fil-mija ta’ dawk li weġġgħu kienu jinvolvu persuni taʼ bejn il-41 u d-59 sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport