Arsenal irċevew aħbar pożittiva qabel il-konfront kontra Newcastle United fil-Premier League, hekk kif id-difensur William Saliba jinsab f’kundizzjoni tajba biex jirritorna fl-azzjoni wara perjodu twil barra mil-logħob.
L-internazzjonali Franċiż, ta’ 25 sena, kien qed jirkupra minn injury f’dahru li żammitu milli jilgħab fl-aħħar xhur. Matul il-waqfa internazzjonali, Saliba għamel progress tajjeb u lagħab żewġ partiti biex jerġa’ jikseb ir-ritmu kompetittiv.
Il-coach, Mikel Arteta, ikkonferma li d-difensur jinsab lest biex jirritorna, għalkemm il-minuti tiegħu se jiżdiedu gradwalment.
Intant, Bukayo Saka għadu barra minħabba injury fil-koxxa u mistenni jdum erba’ ġimgħat oħra, filwaqt li Martin Zubimendi se jkun nieqes għal diversi ġimgħat minħabba injury fil-hamstring.




