L-eks kowċ ta’ Naxxar Lions, George Vella, ingħaqad ma’ Sliema Wanderers FC bħala wieħed mill-assistant coaches tat-tim, u b’hekk isaħħaħ aktar l-istruttura tal-kowċing tal-klabb.
Vella se jaħdem mill-qrib ma’ sħabu l-membri tal-istaff tal-kowċing hekk kif il-klabb jistinka kollettivament biex jilħaq l-ambizzjonijiet tiegħu. L-ewwel partita ta’ George mat-tim se tkun il-konfront ta’ Sliema kontra Hamrun Spartans il-Ħadd li ġej.
Sliema Wanderers FC laqgħu lil George fil-familja tagħhom, u awgurawlu “kull suċċess fir-rwol il-ġdid tiegħu.”




